
X’għandek tkun taf dwar il-vjaġġ tiegħek tad-DiscoverEU qabel ma tippakkja!
L-aħħar aġġornament sar fi Il-Ħamis, 15/05/2025
L-Ewropa hija mimlija b’nies biex niltaqgħu magħhom, b’kultura biex nesperjenzaw, b’lingwi x’nitgħallmu u storja x’niskopru. Biex ngħinuk tibda, qed naqsmu pariri dwar l-ivvjaġġar aċċessibbli u pariri prattiċi, li jgħinuk fit-triq.
Qabel tivvjaġġa
Evita s-sorpriżi! Ipprova bbukkja l-vjaġġ tiegħek minn qabel u hekk ikollok biżżejjed ħin biex tirriċerka l-aċċessibbiltà fil-post li trid iżżur u fl-inħawi tiegħu.
Iktar ma tkun organizzat u mħejji għall-vjaġġ tiegħek, inqas tistressa ruħek minħabba li tkun taf x’se tistenna. Ara li jkollok pjan alternattiv f’każ li jkun hemm bżonn.
X’għandek tkun taf dwar il-vjaġġ tiegħek
- Kun ċert li żżomm ħwejġek siguri u li tkun taf drittijietek bħala passiġġier.
- Ħu ħsieb tiegħek innifsek, u ġib il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa.
- Aġixxi b’mod sostenibbli, ixtri flixkun tal-ilma li jista’ jerġa’ jintuża biex tevita skart żejjed.
- Ħu l-ħin tiegħek, tmurx kullimkien bl-għaġla u żomm kont tal-infiq tiegħek.
- U naturalment, afda fik innifsek: taf aktar milli taħseb. Iltaqa’ man-nies tal-lokal u tgħallem aktar dwar il-kultura tagħhom, ipprova ikel ġdid u skopri t-toroq mhux tas-soltu, qatt ma taf x’tista’ tiskopri!
Żomm kollox sigur
It-tħejjija hija essenzjali biex jiġi minimizzat ir-riskju. Kun ċert li tirriċerka d-destinazzjonijiet tiegħek sew, tibbukkja l-akkomodazzjoni kollha tiegħek minn qabel u żżomm kopji żejda, stampati, tar-riservazzjonijiet kollha u ta’ dokumenti importanti oħra għal li jista' jkun. Għandek ukoll iżżomm lil familtek u lil ħbiebek infurmati dwar l-itinerarju sħiħ tiegħek sabiex dejjem ikunu jafu fejn tinsab. Jekk ikun possibbli, l-aħjar li tivvjaġġa fi grupp ta’ nies li taf u tafda biex tkunu tistgħu tieħdu ħsieb xulxin. Tinsiex tippakkja wkoll kitt tal-ewwel għajnuna! L-aktar importanti, oqgħod attent għall-ambjent li tkun fih u uża l-ġudizzju tiegħek fil-konfront ta’ kwalunkwe ħaġa suspettuża.
Id-dokumenti u l-lista ta’ kontroll tiegħek
Tista’ ma tkunx l-aktar parti eċċitanti tal-vjaġġ, iżda x-xogħol amministrattiv huwa wieħed mill-aktar aspetti importanti. Imxi mal-lista li ħejjejna tad-dokumenti li għandek bżonn biex ma tinsa l-ebda dokument importanti warajk id-dar! Tinsiex ukoll tiċċekkja l-A-Z tat-tħejjija għad-DiscoverEU.
Tlaqna! L-avventura qed tistenna!
Id-DiscoverEU hu li tħaddan pajjiżi u kulturi ġodda, titlaq mill-ambjent komdu tiegħek u tipprova affarijiet ġodda. Allura għala ma tittestjax int stess il-ħoss kostanti tar-roti fuq il-binarji, il-faxxinu irreżistibbli li jiġi meta tkun bilqiegħda maġenb it-tieqa filwaqt li taħseb dwar il-misteri tal-univers, is-sodisfazzjon li tkun tista’ taqra mingħajr sturdament?
U taf x’jgħidu, il-vjaġġ innifsu huwa d-destinazzjoni, allura għaliex ma tiskoprix l-Ewropa billi tgħaddi minn uħud mill-aktar rotot ferrovjarji attraenti?
Pakkett ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għad-dispożizzjoni tiegħek:
(a) Gwida għar-regoli/għall-ispeċifikazzjonijiet tad-DiscoverEU
- DiscoverEU – daqqa t’għajn lejn l-inizjattiva
- Kif tibbukkja l-biljett tad-DiscoverEU tiegħek
- Liema biljetti għandhom jiġu bbukkjati (flessibbli vs. fissi)
- 5 mistoqsijiet dwar l-ivvjaġġar f’pajjiżek b’pass flessibbli
- Vjaġġar aċċessibbli
- Akkomodazzjonijiet għal żmien qasir
- Ir-rotta ekoloġika
- Suġġerimenti għal vjaġġar sostenibbli (Go for green! 7 pariri mill-aqwa biex tesperjenza d-Discover EU b’mod responsbabli)
- Tutorials bil-filmati:
(b) Dak li hemm x’tara u x’tagħmel waqt li tkun qed tivvjaġġa
Gwida biex tingħata ispirazzjoni lill-vjaġġaturi dwar fejn imorru u x’għandhom jagħmlu f’toroq mhux tas-soltu, l-ivvjaġġar barra mill-istaġun, il-kultura virtwali, il-linji ferrovjarji, eċċ.
- Ġawhar Kulturali
- Mogħdijiet ferrovjarji sbieħ
- Fehim interkulturali
- 5 raġunijiet għaliex għandek tivvjaġġa fl-Ewropa fil-ħarifa jew fix-xitwa
- 5 ibliet Ewropej li għandek iżżur
- Kultura virtwali
- Sfidi tal-vjaġġaturi
(c) Pariri siewja għall-ivvjaġġar
- L-aqwa pariri għall-ivvjaġġar
- Pariri siewja għall-ivvjaġġar
- Għaliex il-ferrovija hija l-aħjar mod biex tara l-Ewropa
(d) Punti ta’ referenza
- Staqsi mistoqsija! - mistoqsijiet imweġbin mill-Eurodesk
- Il-grupp uffiċjali #DiscoverEU fuq il-Facebook
(e) Mistoqsijiet frekwenti dwar is-sikurezza
(f) Kif għandek tħejji ruħek
- Gwida għad-DiscoverEU b’lista ta’ affarijiet li trid tipprepara, mill-A saż-Ż
(g) Il-passi li jmiss
Kif issir ambaxxatur tad-DiscoverEU
X’għandek tagħmel wara l-esperjenza tad-DiscoverEU
Kif anki l-idea tiegħek tista’ tittrasforma l-Ewropa!
Ejjew niċċelebraw l-40 sena ta’ Schengen!
Iż-żona Schengen hija waħda mill-akbar kisbiet tal-UE. Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, li ġie ffirmat fl-14 ta’ Ġunju 1985, illum tista’ tivvjaġġa liberament minn pajjiż għal ieħor fost id-29 Stat ta’ Schengen, 25 Stat Membru tal-UE u erba’ pajjiżi terzi — l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Iżvizzera — mingħajr ma jkollok għalfejn tieqaf għall-kontrolli tal-fruntieri!
Biex tiċċelebra l-40 anniversarju, tista’ żżid l-istikers mar-ritratti tiegħek u tixxerjahom online kull meta taqsam fruntiera matul il-vjaġġ tiegħek tad-DiscoverEU.
Lil ħbiebek għidilhom kemm-il pajjiż se taqsam!